Ġuvni ta’ għoxrin sena tressaq il-qorti wara li għamel abbuż fiżiku fuq tfajla. Konsegwenza ta’ dan il-tfajla kellha twaqqaf l-istudji tagħha.
Fil-qorti ntqal kif it-tfajla ta’ dsatax-il sena sfat vittma ta’ abbuż mill-stess sieħeb tal-klassi.
It-tfajla u l-ġuvni kienu qiegħdin f’lukanda f’Ċipru fuq work placement tal-ITS meta seħħ l-abbuż.
Filfatt it-tfajla xehdet kif il-ġuvni ġieli sawwatha, gidimha u waddabha t-taraġ. It-tfajla kienet mhedda fuq bażi regolari biex ma titkellimx.
Fil-qorti t-tfajla qalet li kellha twaqqaf il-kors ħesrem għax beżgħet taħdem u tistudja fl-stess post tax-xogħol miegħu.
It-tfajla qalet li soffriet minn diversi spejjeż fosthom tilfet ħafna pagi.
Il-ġuvni ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.
Il-qorti ordnat lill-akkużat iħallas madwar €250 lit-tfajla.