Sentinelli mal-fortifikazzjonijiet, iħarsu lejn il-baħar kontra l-għadu, huma kunċett li hawn Malta drajnihom; ħloqna stejjer dwarhom ta’ kurġġ, ta’ romantiċiżmu u ta’ eżaġerazzjonijiet dwar l-ispirtu qalbieni tal-Maltin.
Jekk tmur f’xi nħawi għadek tara l-għajn simbolika, tħares lill-Maltin kontra d-deni li jista’ jiġi għal wiċċhom, speċjalment fejn jidħol il-baħar u l-forzi imprevedibbli tan-natura.
Issa milli jidher hemm min jemmen li hemm sentinell ġdid. Forma ta’ wiċċ fejn kien hemm it-tieqa tad-Dwejra, tħares lejn il-baħar. Min jaf, forsi wiċċ simboliku li jipproteġi l-irdum milli jkompli jkun maħkum b’mod daqshekk aħrax mill-forzi naturali.
Ritratti ta’ Olivia Axiak.