Daħal fis-seħħ patt umanitarju li għandu iwassal għall-waqfien mill-ġlied fil-Lvant t’Aleppo fis-Sirja, biex nies ċivili iħallu l-belt u jfittxu kenn f’postijiet aktar siguri.
Kienet ir-Russja li ħabbret li dan l-arranġament tul il-jum tal-Ħamis, fejn wara żmien twil ma nstemaw l-ebda missili nieżlin mill-ajru, hekk kif fl-aħħar jiem il-qawwiet Russi u s-Sirjani ibbumbardjaw iż-żona bil-għan li jrażżnu l-militanti tal-Istat Iżlamiku.
Tmien kurruturi t’emerġenza tħejjew apposta biex in-nies ikunu jsitgħu jgħaddu minnhom, iżda kienu rrapurtati inċidenti f’wieħed mill-kurutturi, hekk kif grupp ta’ ribelli ma qablux ma dan il-pjan.
S’issa kienu biss numru żgħir ta’ nies ċivili li rnexxilhom iħallu l-belt t’Aleppo waqt dan il-waqfien mill-ġlied.