In-nutar Ian Castaldi Paris dalgħodu ġie mgħajjar u safa vittma ta’ attakk verbali waqt li kien qed isuq f’San Ġiljan. Huwa esprima d-dispjaċir tiegħu għal dan l-għaġir minn naħa ta’ Eddie Aquilina, li huwa magħruf sew mal-Partit Nazzjonalista.
Castaldi Paris qal fuq Facebook li r-raġel waqaf bil-karozza biex jgħajjru u qallu fost oħrajn “kif ma tistħix li ċċappast ma’ Partit korrott, ja Purċinell.”
Quddiem dan kollu, in-nutar ħass li ma kellux għażla oħra ħlief li jagħmel rapport lill-Pulizija. Saħaq li din l-intimidazzjoni u dan l-għaġir mhuwiex aċċettabbli u għandu jieqaf.
Fuq facebook, kienu bosta li esprimew is-solidarjetà tagħhom man-nutar Ian Castaldi Paris.