Raġel ta’ 33 sena mill-Mellieħa weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’uffiċċju.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:00 ta’ waranofsinhar fi Triq il-Mitħna l-Ġdida.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.