Ingliż ta’ 27 sena weġġa’ ġrieħi gravi wara li waqa’ ġo bitħa ta’ lukanda fi Triq Dragunara.
Il-Pulijija tad-Distrett sabu lir-raġel ftit wara li waqa’, għal ħabta tal-għaxra ta’ dalgħodu.
Ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin.