Żagħżugħ ta’ 27 sena minn Ħal Lija jinsab f’qagħda kritika wara li aktarx waqa’ għoli ta’ madwar nofs sular mit-triq u spiċċa mixħut f’għalqa r-Rabat.
Kien dalgħodu għall-ħabta tal-10:15 li l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha. L-informazzjoni daħlet minn persuna li kienet għaddejja fl-inħawi, li qalet li ż-żagħżugħ kien jidher mitluf minn sensih. Ambulanza ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.