Walid Nabhan se jibqa’ f’Malta. Dan hekk kif il-Kunsill Malti għall-Arti ta xogħol lil Nabhan fit-taqsima tal-internazzjonalizzazzjoni biex jiffaċilita rappreżentanzi kulturali ma’ pajjiżi Għarab.
Dan tħabbar f’kitba fuq il-midja soċjali miċ-Ċentru tal-Ilsien Malti. Hawnhekk ġie spjegat li xogħol is-Sur Nabhan se jinkludi traduzzjoni mill-Malti għall-Għarbi u viċi versa.
F’din il-kitba, iċ-Ċentru tal-Ilsien Malti sostna li se jippromwovi l-ħidma ta’ Walid Nabhan f’dan ix-xogħol siewi għal ilsienna.
Ftit tal-jiem ilu, il-Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, Norma Saliba kienet ikkonfermat ma’ ONE News, li l-Gvern kien jinsab f’kuntatt mas-Sur Nabhan biex tinstab soluzzjoni u ma jħallix il-pajjiż.
Dan wara li l-kittieb Malti ta’ nisel Ġordaniż ħabbar li kien qed jippjana li jħalli pajjiżna wara kważi 35 sena u jmur lura lejn il-Ġordan minħabba sitwazzjoni diffiċli personali li kien jinsab fiha.
AQRA AKTAR: