Pensjonant tilef ħajtu wara li kien attakkatt minn baqra li ħarbet minn suq tal-bhejjem f’Whitland, Carmarthenshire nhar is-Sibt li għadda.
Waqt li kien qed jitkellem ftit wara l-attakk, kelliem għall-Pulizija ta’ Dyfed-Powys qal li l-baqra sabet lill-anzjan quddiemha għax inzerta kien fit-triq meta ħarbet. Riżultat tal-istat li kienet fih il-baqra, spiċċat attakkat lill-anzjan, tant li sofra ġrieħi gravi u kellu jittieħed lejn l-eqreb sptar permezz ta’ helikopter.
Il-Pulizija ta’ Dyfed-Powys ikkonfermat ilbieraħ li r-raġel tilef ħajtu.
Wara l-attakk, il-baqra marret fuq il-binarju tal-ferrovija fl-inħawi, li wassal biex il-ferroviji kellhom jitwaqqfu biex jiġi evitat il-periklu għall-passiġġieri.
Il-baqra kompliet fi triqitha lejn għalqa, fejn inqabdet u bil-kunsens ta’ sidha inqatlet minħabba li kienet qed tikkawża periklu kbir.