Ħidma sfiqa li qed issir mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (l-OHSA) wasslet għal bosta sejbiet ta’ periklu fuq għadd ta’ siti tal-kostruzzjoni.
Dawn kienu jinkludu każ ta’ ħaddiem li daħħal il-wajers tal-live u tal-earth direttament fid-dawl.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sabu wkoll, fost l-oħrajn, gallariji mingħajr ilqugħ, pjattaformi perikolużi, ħadid ippuntat, xafts miftuħa, u turġien mingħajr ilqugħ.
Fuq il-midja soċjali, l-OHSA tellgħet dan il-filmat li jagħti idea ċara ta’ xi jsibu ma’ wiċċhom l-ispetturi tal-awtorità waqt li jkunu qed jispezzjonaw is-siti tal-konstruzzjoni.