Jum San Valentinu iġib ħafna ferħ għall-koppji iżda wisq iktar għal sidien ta’ negozji u ħwienet. Hija opportunità eċċellenti biex, grazzi għat-tema, jattiraw il-klijenti.
Hekk qed jagħmel grupp f’San Ġiljan li għandu swali tal-bowling, permezz ta’ dak li qed isejħulu “mix-and-mingle bowling event”. Wieħed jattendi waħdu, u jiltaqa’ ma nies oħra li qed ifittxu l-imħabba ta’ ħajjithom.
Mhux bilfors tmur waħdek, però, tista’ wkoll tattendi fi gruppi.
Forsi jkollhom lucky strike u l-istess stabiliment jispiċċa jorganizza xi tieġ.