Bħala l-mara tal-eredi tat-tron, huwa mistenni li d-Dukessa ta’ Cornwall tiċċelebra għeluq is-sebgħin sena tagħha b’attivitajiet pubbliċi ta’ ċertu stoffa. Madanakollu, rapporti fuq il-mezzi tax-xandir Ingliżi qed jgħidu li se jkun jum bi ftit mill-inqas ċelebrazzjonijiet nhar is-17 ta’ Lulju. Dan għaliex wara ftit jiem biss, se jitfakkar l-għoxrin sena anniversarju minn meta mietet il-Prinċipessa Diana.
Jingħad ukoll li hija Camila stess li qed iżżomm l-attivtajiet modesti kemm jista’ jkun, biex ma jkunx hemm l-impressjoni ta’ ċelebrazzjoni, f’anniversarju li tant iġib dieqa. Saħansitra kien hemm pjanijiet li jsir dokumentarju dwar Camilla mill-preżentatur Ingliż Paul O’Grady, iżda dawn kienu abbandunati minħabba l-anniversarju mill-mewt traġiku ta’ Diana. Dan tal-aħħar se jkun immarkat bi kbir, fosthom bl-inawgurazzjoni ta’ skultura f’Kensingon Palace, fejn hemm eżibizzjoni tal-ilbiesi tagħha li tant hija popolari.