L-Awtorità tal-Ippjanar naqset il-limitu tal-għoli ta’ bini li jista’ jitla’ madwar waħda mill-iktar djar antiki f’Malta.
Villa Barbaro f’Ħal Tarxien qed tiġi protetta billi l-għoli tal-bini li jista’ jitla’ madwarha naqas b’iktar minn tliet metri.
Intant fi stqarrija, l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li Villa Castro, binja tas-seklu sbatax ingħatat fost l-ogħla protezzjoni.
Din il-villa hija mibnija fuq stil barokk tinkludi ġnien estensiv.