Żabbari ta’ 40 sena inħeles mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li ħebb, hedded, u insulenta lill-maħbuba tiegħu.
Fil-Qorti kien spjegat li l-mara lmentat mal-akkużat fuq id-dawl f’darhom, u li ma setgħetx issib bott tat-tonn taż-żejt. Jidher li l-akkużat irreaġixxa b’mod vjolenti, u waddab dak kollu li sab fuq il-mejda tal-kċina lejn il-mara, fosthom bott kunserva.
Il-Pulizija ssejħet fuq il-post minnufih, u kif rat tbajja ħomor ma’ kullimkien, inkluż fuq ħwejjeġ il-vittma, ħasbet li dawn kienu dmija.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, u l-prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx għal dan. Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni temoranja fuq il-vittma, u obbligat lill-akkużat jiffirma tliet darbiet fl-għassa tal-Pulizija. Huwa ngħata wkoll garanzija personali ta’ €5,000, u kien ordnat ma jagħmel ebda kuntatt mal-vittma sakemm ikompli jinstema’ l-każ.