xahar wara li l-poplu Malti u Għawdxi seta’ jibda jsarraf il-vouchers tal-mitt ewro, il-maġġoranza tal-ħwienet u stabbilimenti fil-pajjiż raw titjib fin-negozju tagħhom.
Dan is-sentiment qasmuh magħna żewġ rappreżentanti ta’ negozji ewlenin f’Malta, fejn it-tnejn iddeskrivew il-vouchers tal-Gvern bħala manna fid-deżert.
Joseph Bonello, rappreżentant ta’ CenterParc, qal li mis-7 ta’ Ġunju sal-lum, żdiedu n-nies li daħlu jixtru f’wieħed mill-ħwienet li hemm f’dan il-kumpless tax-xiri f’Ħal Qormi.
Qal, “Il-mument li wara s-Sette Giugnio ħarġu l-vouchers diġitali, imbagħad il-printed vouchers rajna andament u żdied il-footfall ta’ nies hawnhekk ġewwa center parc. Ovvjament xi ħaġa bħal din tgħin, hija inizjattiva tajba li int iżżid il-kummerċ b’mod li l-vouchers ikunu qed jgħinu jinjettaw b’mod dirett fil-ħwienet u dawn iżidu fil-bejgħ.”
Min-naħa tiegħu, Kyle Azzopardi Direttur ta’ ħanut taż-żraben, innota kif dan l-investiment bżonnjuż għen lin-negozju jibqa’ miexi ’l quddiem.
Spjega, “Moving on b’inċentivi li ħarġu we are greatful, hopefully this will be the last period to come out from the pandemic. We felt a good impact from the vouchers and it was a good second run.”
Il-vouchers jikkumplimentaw il-ħidma tal-Gvern biex fi żminijiet ta’ pandemija jservi ta’ spalla għal mijiet ta’ negozji f’pajjiżna.
It-tieni sett ta’ vouchers ra investiment massiċċ ta’ ħamsin miljun ewro.