Apparti li, mill-istadju tat-tieni qari, għaddiet il-liġi ta’ riforma fil-proċess tal-inkjesti maġisterjali biex telimina kull abbuż mill-għodod tal-ġustizzja, fil-Parlament illejla ttieħdu żewġ voti oħra.
F’vot Parlamentari għaddiet il-kontro-mozzjoni tal-Gvern, bl-Oppożizzjoni vvotat kontra. Dan fuq l-għoli tal-ħajja fejn il-Gvern baqa’ jinvesti fil-familji bis-sussidju fuq l-enerġija, l-akbar tnaqqis fit-taxxa lill-ħaddiema u ż-żidiet fil-pensjonijiet u ċ-Children’s Allowance.
Għal dan kollu, l-Oppożizzjoni vvotat kontra u m’għarfitx reġgħet dan meta llejla vvotat kontra l-kontro-mozzjoni.
Fil-Parlament għaddiet ukoll mill-istadju tat-tielet qari, biex issa hekk issir liġi, dik li temenda Liġijiet Varji relatati mad-Droga. Din hi riforma oħra għal ġustizzja aktar effettiva mal-vittmi tad-droga.
Hawn ukoll l-Oppożizzjoni vvotat kontra.
B’din il-liġi, it-traffikar tad-droga se jibqa’ jingħata l-ogħla piena, bil-piena massima għal dan ir-reat se tibqa’ dik ta’ għomor il-ħabs.