Iktar minn 2,500 kandidati, inkluż ħafna nisa, qed jikkontestaw għal 250 siġġu.
Iżda iktar minn tletin fil-mija tal-postijiet tal-voti jinsabu magħluqa minħabba tħassib tas-sigurtà. Dan filwaqt li 10 kandidati inqatlu fil-kampanja elettorali.
Sadanittant, il-votazzjoni fil-provinċja Kandahar ittardjat b’ġimgħa wara l-qtil ta’ kap għoli tal-pulizija. It-Taliban refgħu ir-responsabbiltà tal-attakk, li seħħ wara laqgħa importanti fuq is-sigurtà.