Il-President Amerikan Donald Trump u l-President Elett Joe Biden qed ikomplu jħeġġu l-elettorat tal-istat ta’ Georgia joħroġ jivvota għall-elezzjoni tas-Senat Amerikan tul il-jum tat-Tlieta.
L-elezzjoni qed issir mill-ġdid f’dan l-istat wara li l-ebda kandidat għas-Senat Amerikan ma’ kiseb il-ħamsin fil-mija tal-voti li kellu bżonn. Georgia għandha żewġ siġġijiet fis-Senat, u l-voti tat-Tlieta se jiddeterminaw is-sentejn li ġejjin fil-politika Amerikana.
Aktar minn tliet miljun persuna f’Georgia diġà vvuttaw, u jekk id-Demokratiċi jieħdu l-maġġoranza, ikollhom kontroll totali tal-Kungress Amerikan.