Malta se tkun fost l-ewwel għaxar pajjiżi fid-dinja li jagħmel pass kuraġġjuż. Pass li se jkun qed jagħti l-opportunità’ lil żgħażagħ minn 16-il sena ‘l fuq biex isemmgħu leħinhom u jivvutaw fl-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew u kif ukoll fl-Elezzjoni Ġenerali.
Dan hekk kif illejla pajjiżna se jkun qed jagħmel pass ieħor favur iż-żgħażagħ fejn il-Parlament se jibda jiddibatti l-wegħda elettorali Vot 16 fejn fi kliem is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli dan hu pass li jagħmel lis-soċjetà aktar inklussiva u aktar rappreżentattiva.
Is-Segretarju Parlamentari spjegat kif dan hu pass kuraġġjuż għax tifhem li hemm min għandu numru ta’ mistoqsijiet, u kien għalekk li sseparaw id-diskussjoni. Spjegat kif qed jingħad li ż-żgħażagħ se jingħataw id-dritt tal-vot u mhux id-dritt li wieħed jikkontesta u ta’ 16-il sena jkun fuq is-siġġu Parlamentari.
Farrugia Portelli spjegat kif din id-deċiżjoni ma saritx għax m’hemmx fiduċja fiż-żgħażagħ iżda li jifhmu li hemm sfidi differenti – sfidi li se jkunu qed jiġu diskussa llejla fil-Parlament.
Hi qalet li għalekk se jkunu qed tintmiss il-kostituzzjoni ta’ pajjiżna b’tali mod li s-soċjetà tagħna se tkun aktar inklussiva u aktar rappreżentattiva.