Il-Kumitat tal-Kamra tad-Deputati Amerikan, li qed jinvestiga l-irvellijiet li saru fis-sitta ta’ Jannar ta’ din is-sena f’Capitol Hill, qabel b’mod unanimu biex iżommu responsabbli lil Steve Bannon.
Bannon, li kien wieħed mill-persuni l-aktar viċin tal-eks President Amerikan Donald Trump, saħansitra kien l-istrateġista ewlieni tiegħu, qed jiġi akkużat li wera diżprispett lejn il-Kungress Amerikan.
Jekk il-Kamra tad-Deputati taqbel mad-deċiżjoni ta’ dan il-kumitat, din l-akkuża titressaq quddiem id-dipartiment tal-ġustizzja.
F’każ li jinstab ħati, Bannon jista’ jingħata multa u sena priġunerija.