Il-Kumitat tal-Industrija fi ħdan il-Parlament Ewropew approva rapport li d-Deputat Parlamentari Ewropea Josianne Cutajar innegozjat għan-nom tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi.
Dan ir-rapport, dwar id-Deċennju Diġitali, ingħata fiduċja b’saħħitha u ġie approvat b’74 vot favur, vot kontra, u astensjoni waħda.
Cutajar saħqet li l-ħidma li wettqet fl-aħħar xhur biex taċċerta li l-UnjoninEwropea tilħaq miri diġitali importanti sal-2030 se tkompli hekk kif il-Parlament Ewropew mistenni jidħol f’negozjati mal-Kunsill tal-UE.
Intant, b’rabta mal-ħidma li qed twettaq, Josianne Cutajar ġiet mistiedna għal konferenza organizzata mill-GSMA, assoċjazzjoni li ġġib flimkien operaturi importanti fil-qasam tat-teknoloġija, l-internet, u t-telekomunikazzjoni bħal Samsung u Telefonica.
Hija stqarret li huwa kruċjali biex l-Istati membri jadottaw pjan ambizzjuż u fattibbli għall-qalba diġitali b’diversi miri li jridu jintlaħqu sal-2030.
Josianne Cutajar saħqet ukoll li, fid-dinja tal-lum, l-aċċessibilità tal-internet saret neċessità u mhux kapriċċ kif kien qabel. Għalhekk, hu importanti li, apparti fuq il-miri tal-konnettività naħdmu għal drittijiet diġitali aktar b’saħħithom.
Żiedet tgħid li għaddejja b’ħidma u aktar pressjoni għax temmen li l-internet għandu jiġi rikonoxxut bħala dritt fundamentali.