L-Ewroparlamentari Laburista, Josianne Cutajar, irċeviet turija oħra ta’ fiduċja fix-xogħol tagħha waqt il-plenarja ta’ din il-ġimgħa.
Dan meta vvutat favur ir-Regolament dwar il-Kirjiet għal Żmien Qasir, fejn imbuttat għal regolamenti aktar inklussivi fil-qasam tat-turiżmu.
Din il-liġi se tinkludi prinċipji ta’ aċċessibbiltà u inklussività, fosthom il-proċess ta’ reġistrazzjoni simplifikat, bi spiża minima jew anke mingħajr ħlas, għal dawk li jiddeċiedu li jikru l-proprjetà tagħhom.
L-aktar li se jibbenefikaw minn din il-liġi huma individwi li ma jafux jużaw it-teknoloġija, fosthom anzjani li jikru l-proprjetà tagħhom biex ikollhom dħul addizzjonali.
Josianne Cutajar stqarret li dan l-Att Ewropew se jiggarantixxi servizzi pubbliċi aktar effettivi u jagħti s-setgħa lill-awtoritajiet lokali biex jadottaw politika u infurzar aktar effettivi f’dan il-qasam.