Il-maġġoranza tar-Russi vvutaw favur l-approvazzjoni tal-emendi proposti rigward ir-riformi kostituzzjonali fir-Russja.
Dan il-vot jista’ jara lill-President Russu Vladimir Putin li jibqa’ jokkupa l-kariga tiegħu bħala President sas-sena 2036.
Uffiċjali tal-Elettorali tennew li minn fost 98% tal-voti magħduda, huma kważi 78% li vvutaw li japprovaw dawn ir-riformi.