Aktar tard illum il-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija jivvotaw dwar mozzjoni li ressaq il-Kap tal-Oppożizzjoni Jeremy Corbyn biex Brexit ma jseħħx jekk mhux bi ftehim nhar il-31 ta’ Ottubru li ġej.
Il-pajjiż kapaċi jmur għal elezzjoni ġenerali jekk tgħaddi din il-mozzjoni, u fi kliem il-Prim Minstru Boris Johsnon, jekk jiġri hekk, xi tip ta’ progress mal-Unjoni Ewropea jsir impossibbli.
Skont il-liġi tar-Renju Unit, il-Prim Ministru se jkollu bżonn minn tal-anqas żewġ terzi tal-voti favurih minn 650 Membru Parlamentari biex ma jkunx kostrett isejjaħ elezzjoni ġenerali bikrija.
Rapporti fil-midja Ingliża qed jindikaw li sorsi f’Number 10 Downing Street qalu li jekk ikollha bżonn issir Elezzjoni Ġenerali, kapaċi sseħħ nhar l-14 ta’ Ottubru li ġej.