Hekk kif din il-ġimgħa l-Membri tal-Parlament Ewropew għaddejjin bl-ewwel plenarja għal din is-sena, fil-jum tal-Ħamis mistennija jieħdu l-vot fuq il-liġi li tagħti d-dritt tal-impjegati li jinqatgħu diġitalment wara l-ħin tax-xogħol.
F’sezzjoni ta’ informazzjoni lill-ġurnalisti minn madwar l-Ewropa kollha, l-Ewroparlamentari Malti Alex Agius Saliba, li kien responsabbli mit-tħejjija ta’ dan ir-rapport f’isem is-Soċjalisti u d-Demokratiċi, spjega l-importanza ta’ dan.
Agius Saliba saħaq kif dan huwa dritt fundamentali għall-ħaddiema kollha madwar l-Ewropa, hekk kif studju juri li 30% tal-ħaddiema xorta jibqgħu jaħdmu wara l-ħin tax-xogħol.
Fid-dawl ta’ kampanja minn bosta biex ma tgħaddix din il-liġi, l-Ewroparlamentari Laburista tenna li l-appell tiegħu jibqa’ biex kull membru jappoġġja r-rapport tiegħu.