Is-Senat tal-Istati Uniti vvota biex jestendi fond ta’ kumpens għall-vittmi tal-attakk terroristiku li seħħ fil-11 ta’ Settembu tal-2001, minkejja li kien f’riskju li jispiċċa bla flus.
B’97 vot favur u 2 kontra, is-Senat għadda l-abbozz biex ikomplu l-ħlasijiet ta’ kumpens sal-2090. Il-fond kellu jieqaf jirċievi talbiet għal kumpens sal-aħħar tal-2020.
Il-Kamra tar-Rappreżentanti kienet diġà appoġġjat l-abbozz, u issa l-President Donald Trump mistenni jiffirmah.
Il-fond ta’ kumpens ikopri spejjeż mediċinali tal-first responders, voluntiera u dawk li salvaw u sofrew xi ġrieħi fl-attakk.