Il-vot b’saħħtu jfisser li l-kumitat tal ambjent tal-parlament Ewropew adotta r-rapport ta’ Miriam Dalli minkejja l-oppożizzjoni li kien hemm mill forzi konservattivi u l-lobbying intensiv mill-industrija tal-karozzi.
Jekk hemm ligi li hija kontroversjali, f’kull ħaġa li tipproponi trid tara li jkun hemm bilanċ il-ħin kollu. Tinduna wkoll anke mill-interess kbir tal-media internazzjonali fuq din il-liġi b’artikli fil-gazzetti.
Ir-rapport jitlob għal tnaqqis fl-emissjonijiet tas CO2 minn karozzi ġodda u light commercial vehicles sa 45% sal-2030. Dan hu aktar mit-30% propost mill-Kummissjoni Ewropea.
Ir-rapport iħares lejn l-iżvilupp tat-teknoloġija, inċentivi għall-investiment pubbliku u privat kemm fl-infrastruttura, kif ukoll għal programmi biex ikun hemm taħriġ tal-ħaddiema. Isejjaħ ukoll għal real world emission test tas-CO2 emissions, fost oħrajn. Dawn huma kollu punti li Miriam Dalli mbuttat u ħadmet għalihom.
Il-vantaġġi li joħorġu b’riżultat ta’ dan ir-rapport huma bosta fosthom ambjent aħjar, kwalita tal-arja aħjar, inqas tniġġis, boost għat-tkabbir ekonomiku, opportunitajiet għall-industrija tal-manifattura u innovazzjoni, vantaġġi ghall-konsumaturi fost oħrajn. Din hija liġi li toffri opportunitajiet kbar ekonomiċi, ambjentali u soċjali u lill-konsumaturi.