Aktar minn sebgħin fil-mija tal-poplu Taljan ivvota biex inaqqas id-daqs tal-Parlament tal-pajjiż b’aktar minn terz.
Dan ifisser li n-numru ta’ Membri Parlamentari se jonqos minn 634 għal 400. Anki s-Senat se jiċkien.
Ir-Referendum ġie mbuttat mill-Moviment tal-Ħames Stilel, li jifforma parti mill-koalizzjoni tal-Gvern, li argumenta li din il-bidla tnaqqas l-ispejjeż tal-pajjiż.
Il-Moviment qal li b’din il-bidla, il-pajjiż se jiffranka biljun ewro fuq medda ta’ għaxar snin, filwaqt li kritiċi argumentaw li din il-mossa se ddgħajjef id-demokrazija.
Il-bidliet iridu jsiru qabel l-elezzjoni tal-elfejn u tlieta u għoxrin.