Approvat mill-istadju tat-tielet qari l-abbozz ta’ liġi li se jkun qed jemenda l-Kostituzzjoni u l-liġi elettorali ta’ pajjiżna biex l-età tal-votazzjoni tinżel minn 18-il sena għal 16-il sena.
Bid-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi, Malta se tkun it-tieni pajjiż fl-Unjoni Ewropea li se jkun qed jagħti dan id-dritt liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin biex jivvotaw f’kull elezzjoni li ssir f’pajjiżna. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li Gvern diġà ta d-dritt lil dawn iż-żgħażagħ biex jivvotaw fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali li saru sentejn ilu.
Fi tweet, is-Segreraju Parlamentari Julia Farrugia Portelli laqgħet il-vot li ttieħed ilbieraħ filgħaxija u qalet li tinsab ħerqan għall-vot storiku li se jittieħed fil-ħamsa ta’ Marzu li ġej.
3rd committee stage at #Malta Parliament on @Vote16Mt done and dusted. Looking forward for #5thMarch historical vote! @JosephMuscat_JM @MaltaGov
— Julia Farrugia Portelli (@JuliaFarrugia) February 7, 2018
Ritratt: Gareth Degiorgio