L-Erbgħa filgħodu l-kapijiet tal-Unjoni Ewropea ffirmaw il-ftehim tant mistenni għal wara l-perjodu tranżitorju ta’ Brexit.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen flimkien mal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel iffirmaw, f’isem l-Unjoni Ewropea, il-ftehim imsajjaħ il-Ftehim tal-Kummerċ u Koperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit. Dan il-ftehim wasal wara diversi xhur ta’ negozjati.
Il-mexxejja Ewropej laqgħu dan il-ftehim u ddeskrivewh bħala mument ta’ importanza storika.
Aktar tard matul il-jum l-istess ftehim se jkun iffirmat ukoll mill-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, f’isem ir-Renju Unit. Filwaqt li l-Membri Parlamentari u l-Membri Parlamentari Ewropej Ingliżi se jkunu qed jivvotaw dwar jekk jirratifikawx dan il-ftehim.