Ftit qabel mal-President Ukren Volodymyr Zelensky jindirizza l-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen ipproponiet sett ieħor ta’ sanzzjonijiet fuq ir-Russja.
Fost dawn hemm il-projbizzjoni tal-importazzjoni tal-faħam mir-Russja, projbizzjoni fuq it-tranżizzjonijiet mill-banek kbar Russi, jiġu mwaqqfa milli jidħlu fil-portijiet Ewropej il-bastimenti Russi u anke l-projbizzjoni tal-importazzjoni fuq ta’ prodotti oħra tal-ikel u x-xorb.
Sabiex jidħlu fis-seħħ, dawn il-proposti għandhom bżonn l-approvazzjoni tas-27 stat membru.