Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen tlaqqmet bl-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19.
Von der Leyen, li hija Ġermaniża u għandha 62 sena rċievet din it-tilqima, jum wara li s-27 stat membru tal-Unjoni Ewropea laħqet l-ammont ta’ 100 miljun doża.
F’konferenza tal-aħbarijiet, ilbieraħ, il-President tal-Kummissjoni Ewropea qalet kif id-dożi tal-vaċċin madwar l-Unjoni Ewropea se jkunu qed jiżdiedu.
Ir-rata ta’ vaċċinazzjoni f’pajjiżna hija l-ogħla waħda fost l-istati membri tal-Unjoni Ewropea, hekk kif sal-bieraħ ingħataw kważi 260,000 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19, bi ftit iżjed minn 78,000 jkunu tat-tieni doża.