Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen mill-ġdid reġgħet iddenfendiet iż-żjara tagħha f’Iżrael fil-bidu tal-gwerra fil-Lvant Nofsani, bħal dan iż-żmien sena ilu.
Is-sit awtorevoli Politico rrapporta dalgħodu, kif ilbieraħ filgħaxija waqt attività mal-komunità Lhudija fis-Sinagoga fi Brussell, Von der Leyen qalet li dik iż-żjara f’Iżrael saret biex turi solidarjetà u sapport wara l-attakk mill-grupp Hamas fis-7 ta’ Ottubru tas-sena l-oħra.
Fl-istess żjara magħha, kienet attendiet ukoll il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.
Analisti kienu kkritikaw tali żjara bħala appoġġ li ta libertà sħiħa lil Iżrael li jirritalja bil-goff kontra l-Palestinjani fil-Medda ta’ Gaza.
Fil-fatt minn hemm ’il quddiem inqatlu mal-41,000 Palestinjan f’Gaza, bil-maġġoranza tagħhom nisa u tfal, f’dak li qed jitqies bħala ġenoċidju minn Iżrael, li wkoll ġie kkundannat fil-fora internazzjonali.