Rapport tas-sit awtorevoli Politico żvela kif il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen se ddum ġimgħa oħra biex tħabbar il-karigi tal-Kummissarji Ewropej għal din il-leġiżlattura l-ġdida.
Din it-tħabbira kellha ssir għada filgħodu wara laqgħat mal-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew.
Iżda sorsi qalu ma’ dan is-sit awtorevoli li l-laqgħa mal-gruppi politiċi mxiet għal bħal-lum ġimgħa, 17 ta’ Settembru li ġej.
Wara din il-laqgħa, il-President tal-Kummissjoni Ewropea mistennija tħabbar il-karigi rispettivi.
Fl-aħħar jiem, is-Slovenja bidlu n-nominat tagħhom bil-għan li jintlaħaq il-bilanċ bejn is-sessi fil-Kummissjoni. Dan hekk kif waħda mill-għanijiet ta’ von der Leyen hu li jkun hemm bilanċ bejn is-sessi fil-Kummissjoni Ewropea, fil-ħames snin li ġejjin.