Grupp ta’ 22 volontiera Maltin mis-Sigma Foundation jinsabu fi triqthom lejn il-Marokk sabiex jitilgħu fuq l-ogħla quċċata tal-Afrika ta’ Fuq, il-muntanja Toubkal.
Il-flus kollha li se jinġabru se jingħataw lill-Women Empowerment Project f’Bonga fl-Etijopja. Dan il-proġett se jiswa €700,000 u huwa maħsub biex mijiet ta’ nisa kull sena jkunu jistgħu jakkwistaw esperjenza u impjieg fosthom taħriġ fl-IT, tisjir, fil-kura tax-xagħar, il-ħjata u r-rakkmu.
L-uffiċjal Filantropiku tal-Fondazzjoni, Keith Marshall, qal li minkejja l-isfida l-voluntiera jinsabu preparati tajjeb.
Intant it- teżorier Austin Cachia appella lill-pubbliku sabiex jagħti donazzjoni favur kawża ġusta billi jagħti d-donazzjoni tiegħu lill-Fondazzjoni Sigma.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/05/11100915/WhatsApp-Image-2023-05-11-at-10.06.11.jpeg)