L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għadu kemm nieda titjiriet lejn Verona u Ġenova. Dawn it-titjiriet ser ikunu qed jiġu operati mil-linja tal-ajru Volotea u ser ikomplu jsaħħu l-konnessjonijiet tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ma’ wieħed mill-aqwa swieq tiegħu.
Fi stqarrija, il-kumpanija li tmexxi l-Ajruport qalet li l-ewwel titjiriet miż-żewġt ibliet Taljani niżlu għall-ewwel darba f’Malta aktar kmieni din il-ġimgħa; liema ġimgħa żgur kienet waħda eċċitanti għal dawk li jħobbu s-safar u jiskopru postijiet ġodda.
Minkejja l-fatt li ż-żewġt ibliet jinsabu fit-Tramuntana tal-Italja u huma biss tliet sigħat bogħod minn xulxin bil-ferrovija, dak li għandhom x’joffru huwa pjuttost differenti u x’aktarx li jolqot gosti differenti wkoll.
Filwaqt li Verona hija magħrufa għall-wirt artistiku u l-ġmiel ta’ arkitettura tagħha, li anki wasslitha sabiex tiġi rikonoxxuta mill-Unesco bħala Sit ta’ Wirt Dinji, Ġenova hija belt mibnija madwar port u għalhekk hija aktar magħrufa għall-wirt marittimu tagħha u l-baħar.
Volotea ser tkun qed topera servizz ta’ kull ġimgħa lejn kull waħda minn dawn il-bliet tul ixxhur tas-sajf, bit-titjira lejn Verona titlaq kull nhar ta’ Tlieta u t-titjira lejn Ġenova titlaq millAjruport Internazzjonali ta’ Malta kull nhar ta’ Erbgħa.