Kull min iħobb isiefer issa se jkun jista’ jmur dirett minn Malta lejn Nizza u Bilbao. Dan wara li l-linja tal-ajru Spanjola low-cost, Volotea, ħabbret li se tibda topera żewġ rotot ġodda minn u lejn Malta miż-żewġ postijiet mis-sena d-dieħla.
B’hekk permezz ta’ 230 minn u lejn Malta mis-sena d-dieħla, din il-linja tal-ajru se tkun qed iżżid l-ammont ta’ passiġġieri li se ġġorr 32,000.
Ir-rotta ta’ Bilbao se topera darba fil-ġimgħa fejn se tibda f’Marzu li ġej. Ir-rotta ta’ Nizza se topera wkoll darba fil-ġimgħa fejn se tibda f’April li ġej.