Grupp ta’ aggressuri mhux identifikati ħatfu Taljana li kienet qed taħdem għal organizzazzjoni tal-għajnuna fil-Kenja.
L-irġiel, li kienu rrappurtat armati b’armi tan-nar, sparaw bl-addoċċ qabel ma ħatfu lill-volontiera ta’ 23 sena f’ċentru tal-kummerċ f’Kilifi County.
Ħames persuni, fosthom tlett itfal, sfaw feruti u ttieħdu l-isptar.
Il-pulizija qalet li għadha ma stabbilixitx ir-raġuni għall-attakk u l-identita tal-aggressuri.
Madanakollu, il-pulizija żiedet tgħid li qed tittratta l-każ bħala attack terroristiku. It-Taljana hija l-ewwel waħda li nħatfet fil-Kenja mindu fl-2011, il-pajjiż kellu sensiela ta’ ħtif li kien qed jhedded it-turiżmu, li kien qed iqum fuq saqajh.