Il-Malta Health Network ingħagħaqad mal-VolServ sabiex jagħmlu ħidma volontarja matul iż-żmien ta’ pandemija.
F’Marzu u April il-volontiera għamlu aktar minn 10,000 siegħa fil-qasam tas-saħħa.
Din il-ħidma ġiet rikonoxxuta mill-Prim Ministru Robert Abela u mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. Waqt żjara li għamlu huma rringrazzjaw lil dawn il-volontiera għall-ħidma tagħhom.
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Prof. Charmaine Gauci qalet li kull għajnuna tgħodd, irrelevanti jekk hijiex kbira jew żgħira.
Il-volontiera għenu f’bosta qosma, fosthom: il-contact tracing, appuntament tal-outpatients, min jiċċekkja t-temperaturi tan-nies, min jikkuntattja lin-nies biex jagħmlu t-test u diversi xogħlijiet oħra.
Kien hemm min kellu jieqaf minħabba raġunijiet varji.
Intant bħalissa reġgħu fetħu l-applikazzjonijiet għall-volonitera.