Meta fi tmiem il-ġimgħa tkomplew id-diversi kompetizzjonijiet organizzati mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball, kienu ferm mistennija ż-żewġ partiti mill-kampjonat ewlieni Super League. Fl-ewwel logħba Flyers rebħu 3-0 lit-team fl-aħħar post tal-klassifika Paola Executive Security 3-0. Fit-tieni partita kienu ċ-champions Swieqi Phoenix NIUM li rebħu bl-iskor identiku ta’ 3-0 lil Birkirkara. Fi tmiem dawn il-partiti, iċ-champions Swieqi saħħew posthom f’ras il-klassifika b’għoxrin punt minn seba’ logħbiet. Sal-lum huma rebħu s-seba’ loghbiet kollha li lagħbu. Flyers telgħu t-tieni bi tnax -il punt minn sitt logħbiet. Dawn huma segwiti minn Falcons b’għaxar punti, Birkirkara ħames punti u Paola Executive Security b’erba’ punti. Flyers għandhom logħba anqas.
Ir-riżultati kollha :
U19 -Swieqi Phoenix Sugar and Spike vs Swieqi Phoenix Tough Cookies 0-3
L-ewwel Diviżjoni
Paola Yes2Health Fitness Club vs Depiro 2-3
BKVC Reds vs BKVC Yellows 2-3
U15
BKVC Dynamites vs Swieqi Phoenix Young Stars 0-3
Flyers Vs Paola Maypole 0-3
U17
Swieqi Phoenix Challengers vs Falcons 0-3
Super League
Paola Executive Security vs Flyers 0-3
Birkirkara VC Vs Swieqi Phoenix NIUM 0-3