Fi tmiem il-ġimgħa fil-kumpless tal-isport tal-Kottonera saru żewġ logħbiet importanti tal-kampjonat Super League organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball. Fil-logħba ewlenija, iċ-champions Swieqi Phoenix Nium għilbu lil-leaders Falcons bl-iskor ta’ 3-2. Swieqi fetħu tajjeb u rebħu l-ewwel set 22 għal 25. Madankollu tilfu t-tieni wieħed, 25-22 u rebħu t-tielet set 19 għal 25. Falcons reġgħu għamlu reazzjoni u rebħu r-raba’ set 25 għal 17. Il-ħames u l-aħħar set kien wieħed deċiżiv bi Swieqi jirbħuh 15 għal 9.
Fit-tieni logħba, Flyers rebħu lil Mġarr 3-1. Flyers fetħu tajjeb u rebħu l-ewwel żewġ sets 25-15. Madankollu tilfu t-tielet wieħed 25 għal 23 u għamlu reazzjoni fir-raba’ set meta rebħuh 25 għal 18.
Fil-kategorija taħt is-sbatax -il sena Depiro Blue ġew dikjarati champions wara li rebħu lil Paola Maypole 3-0. Fi tmiem il-logħba Branko Vlahovic, il-President tal-Assoċjazzjoni, ippremja lil players ta’ Depiro.
Ir-riżultati kollha
SUPERLEAGUE:
Mgarr VC Vs Flyers VC 1-3
Falcons VC Vs Swieqi Phoenix Nium 2-3
U19:
Flyers Vs Swieqi Phoenix Tough Cookies 0-3
BKVC Vixens Vs Depiro 0-3
U17:
Swieqi Phoenix Volley Maniacs Vs Swieqi Phoenix Ninjas 3-0
Depiro Blue Vs Paola Maypole 3-0 (Depiro Blue Champions)
Depiro Gold Vs Falcons VC 3-1
Flyers VC Vs BKVC Thunderspikes 3-1
