Immexxija minn Leonard Zammit Munro, iċ-champions Swieqi Phoenix Nium baqgħu għaddejjin bil-mixja pożittiva tagħhom fil-kampjonat Super League tal-volleyball. Dan meta għilbu lit-team neo promoss ta’ Mgarr bi skor ta’ 3-0. Huma rebħu s-sets tagħhom bl-iskor ta’ 25-11, 25-21 u 25-13. B’din ir-rebħa, Swieqi telgħu fit-tieni post, tliet punti biss anqas mil-leaders Falcons.
Fi tmiem il-ġimgħa fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera saru wkoll żewġ logħbiet mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Fl-ewwel logħba, il-leaders Paola Executive Security, immexxija minn Michael Magro u assistit minn Antonio Borg, rebħu lil Swieqi Phoenix Challengers 3-0 filwaqt li l-Ħadd, Depiro, taħt il-gwida ta’ Charles Gauci, rebħu lil Birkirkara Reds 3-0. B’hekk it-team ta’ Paola baqa’ fl-ewwel post tal-klassifika mingħajr ma tilfu logħba waħda. Depiro kkonsolidaw posthom fit-tieni pożizzjoni.
Ir-riżultati kollha
U19
Paola Yes 2 Health Fitness Club vs Swieqi Phoenix Tough Cookies 0-3
L-Ewwel Diviżjoni
Paola Executive Security vs Swieqi Phoenix Challengers 3-0
Depiro vs BKVC Reds 3-0
Under 17
Flyers vs BKVC Storms 3-0
Swieqi Phoenix Block N Roll vs BKVC Thunder Spikes 3-0
Swieqi Phoenix Volley Maniacs vs Paola Maypole 0-3
Swieqi Phoenix Ninjas vs Depiro Blue 0-3
Super League
Mgarr Vc vs Swieqi Phoenix NIUM 0-3