It-team nazjonali malti tal-volleyball tat-tfajliet rebaħ il-midalja tad-deheb waqt il- Kampjonat Ewropew tan-Nisa U18 għall-Pajjiżi ż-Żgħar li kien qed isir fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.
It-team malti rebaħ it-tliet logħbiet tiegħu waqt dan il-kampjonat, bl-aħħar logħba tkun dik kontra l-iSkozja l-Ħadd wara nofs-in nhar. Il-maltin ħarġu rebbieħa bl iskor ta’ 3-0: 27-25, 25-18, 25-20.
L-impenji tal-malti bdew il-Ġimgħa b’rebħa kontra l-Irlanda 3-0. L-iskors kienu: 25-17, 25-13, 25-13.
Is-sibt it-team malti rebaħ it-tieni logħba tiegħu, din id-darba kontra l-Irlanda ta’ Fuq 3-1. L-iskors tas-sets kollha kienu: 25-7, 23-25, 25-14, 25-17.