It-team nazzjonali malti tal-Volleyball tat-tfajliet għadda għall-finali tal-Kampjonat tal-Ewropa U18 li qed isir f’pajjiżna.
Dan hekk kif is-sibt filgħaxija l-maltin rebħu s-semiifnali ta’ Pool B ta’ din il-kompetizzjoni meta għelbu lill-Irlanda ta’ Fuq 3-0.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fis-semifinali l-oħra San Marino rebħu lill-Irlanda 3-0.
Il-finali isssir il-Ħadd fit-3.30pm.
Il-pubbliku sportiv malti huwa mħeġġeġ sabiex jattendi u jagħti l-appoġġ tiegħu lit-team Malti.