Fl-uniku logħba mis-Super League orgaizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball u li saret fi tmiem il-ġimgħa fil-kumpless Sportiv tal-Kottonera tkompliet il-mixja pożittiva ta’ Flyers li rebħu liċ-champions Swieqi Phoenix Nium bl-iskor ta’ 3-1. L-ewwel żewġ sets kienu ferm bilanċjati u kkumbattuti bi Flyers joħorġu rebbieħa 25-23 u 25-23. Swieqi ppruvaw jagħmlu reazzjoni meta rebħu t-tielet set 20-25. Madankollu tilfu r-raba’ wieħed 25 għal 18.
B’dan ir-riżultat Flyers komplew jersqu aktar viċin ta’ Swieqi li jinsabu fit-tieni post. Falcons jinsabu fl-ewwel post b’24 punt, Swieqi għandhom ħmistax -il punt u Flyers jinsabu t-tielet bi tnax -il punt.
Ir-riżultati kollha
Under -15
Falcons 0-3 Phoenix
Flyers 3-1 Depiro
Under-17
Falcons 0-3 Flyers
Phoenix Volley Maniacs 1-3 Birkirkara Storms
Under -19
Phoenix 3-0 flyers
L-Ewwel Diviżjoni
Birkirkara 3-0 Phoenix
Super league
Flyers 3-1 Swieqi Phoenix Nium