Meta fi tmiem il-ġimgħa tkompla l-kampjonat Super League organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball kien hemm il-konferma tal-leaders Falcons u rebħa wkoll għal Flyers. Bħas-soltu l-logħbiet saru fil-kumpless Sportiv tal-Kottonera.
Fl-ewwel logħba kien it-team ta’ Flyers li għileb lil Mġarr 3-1. Flyers rebħu l-ewwel set 25-21 u t-tieni wieħed 25-10. Madankollu tilfu t-tielet set 23-25 iżda għamlu reazzjoni u rebħu r-raba’ u l-aħħar set 25-14.
Fit-tieni partita kienu l-leaders Falcons li għilbu lil Birkirkara 3-0 bl-iskor ikun 25-14, 25-12 u 25-10. B’hekk huma kkonsolidaw posthom f’ras il-klassifika.
Barra dan is-Sibt saret partita waħda biss mill-Ewwel Diviżjoni. Hawnhekk kompliet il-mixja pożittiva tal-leaders Paola Executive Security li rebħu lil Birkirkara 3-0. Sa issa l-club Pawlist rebaħ il-partiti kollha tiegħu minn dan il-kampjonat.
Ir-riżultati kollha
Super league
Flyers 3-1 Mġarr
Falcons 3-0 Birkirkara
L-Ewwel Diviżjoni
Birkirkara 0-3 Paola Executive Security
Under 19
Depiro 3-0 Birkirkara