Sharon Fabri tilfet il-battalja tagħha kontra l-marda qerrieda tal-kanċer.
Deskritta bħala mara qalbiena u mimlija kuraġġ u ferħ kull fejn kienet tkun, Sharon ħalliet din id-dinja llum 5 ta’ April 2018.
Fi status li tella’ r-raġel tagħha Adrian Fabri fisser il-vojt kbir li ħalliet warajha martu kif ukoll l-uġiegħ indeskrivibbli.
Adrian kien il-moħħ li fi ħdan il-kumpanija JP Adertising Marketing Agency bdew il-kampanja Pink October flimkien ma’ mart il-Prim Ministru Michelle Muscat.