Il-kumpaniji Melita u Vodafone se jingħaqdu. Dan ħabbruh fi stqarrija, fejn spjegaw li se tkun qed tinħoloq kumpanija li toffri firxa wiesa ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni. Intqal li l-kumpanija ġdida se tkun f’pożizzjoni vantaġġjuża, għax se jingħaqdu flimkien it-tajjeb taż-żewġ kumpaniji. Fost oħrajn se jkunu qed jintroduċu servizzi ta’ 4.5G, u aktar tard 5G, fuq il-mobile networks tal-klijenti tagħhom.