Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Monaco Telecom iffinalizzat ix-xiri ta’ Vodafone Malta u ħatret Kap Eżekuttiv ġdid.
Monaco Telecom xtrat Vodafone Malta għal valur ta’ €250 miljun.
Fil-fatt fis-17 ta’ Marzu li għadda, l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni approvat l-akkwist ta’ Vodafone Malta minn Monaco Telecom.
Vodafone Malta se tibqa’ topera taħt l-istess isem għal perjodu tranżitorju.
Tamas Banyai nħatar il-Kap Eżekuttiv wara li ilu jmexxi taqsima ta’ Vodafone Malta sa mill-2014.
Fi stqarrija, Monaco Telecom qalet li se tkompli tinvesti fl-innovazzjoni fil-kumpanija Vodafone Malta.
“Se nkunu qed ntejbu s-servizz mogħti f’dan iż-żmien straordinarju tal-pandemija”, saħqet Monaco Telecom.