Il-Ministri Helena Dalli u Evarist Bartolo żaru l-uffiċini tal-Vodafone fi Skyparks Malta. Hawn osservaw u semmgħu l-inizjattivi li ħadet il-Vodafone b’rabta ma’ miżuri favur il-familja u n-nisa. Intqal fost oħrajn kif Vodafone tagħti iżjed ġimgħat ta’ maternity leave lin-nisa.
Il-Ministru Helena Dalli semmiet kif dan il-Gvern ħa l-inizjattiva għat-twaqqif ta’ fond tal-maternita, sors li naqqas id-diskriminazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa fid-dinja tax-xogħol.
Il-Ministru Bartolo semma kif in-nisa fid-dinja tax-xogħol żdiedu u dan grazzi għall-miżura taċ-childcare centres. Żied li miżuri bħal dawk ta’ Vodafone għandhom jinfirxu u jkunu mplimentati minn kumpaniji privati oħra.